OJ:L_202590295
![]() |
Redacția Lex24 |
Publicat in Repertoriu EUR-Lex, Jurnalul Oficial UE, 02/04/2025 |
|
Informatii
Data documentului: 26/03/2025Emitent: Comisia Europeană, Direcția Generală Traduceri
Formă: Repertoriu EUR-Lex
Formă: Jurnalul Oficial UE
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/90295 |
2.4.2025 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 96 tas-16 ta’ April 2018)
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 kollu,
minflok:
“kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment”,
aqra:
“kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità”.
Fil-paġna 8, il-premessa (14),
minflok:
“(14) |
Sabiex ikun żgurat li s-sistema ta’ traċċabbiltà taħdem bla xkiel, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi u l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut japplikaw minn qabel, għand l-emittenti tal-identifikazzjoni rilevanti, għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku u għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment għal kull stabbiliment. L-għoti ta’ kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbilimenti jippermetti l-identifikazzjoni effiċjenti tax-xerrejja kollha u tar-rotta tal-konsenja attwali mill-manifattura sal-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, kif previst fl-Artikolu 15(2)(i) u (j) tad-Direttiva 2014/40/UE.”, |
aqra:
“(14) |
Sabiex ikun żgurat li s-sistema ta’ traċċabbiltà taħdem bla xkiel, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi u l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut japplikaw minn qabel, għand l-emittenti tal-identifikazzjoni rilevanti, għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku u għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità għal kull faċilità. L-għoti ta’ kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-faċilità jippermetti l-identifikazzjoni effiċjenti tax-xerrejja kollha u tar-rotta tal-konsenja attwali mill-manifattura sal-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, kif previst fl-Artikolu 15(2)(i) u (j) tad-Direttiva 2014/40/UE.”. |
Fil-paġna 9, fil-premessa (22),
minflok:
“(22) |
Għall-għanijiet tal-investigazzjoni u tal-infurzar, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jkollhom aċċess għal reġistru tal-operaturi ekonomiċi kollha u tal-operaturi kollha tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, kif ukoll tal-istabbilimenti u tal-magni li huma jużaw biex jimmanifatturaw il-prodotti tagħhom u biex jaħżnuhom u jipproċessawhom. Għalhekk, jenħtieġ li kull emittent tal-identifikazzjoni jistabbilixxi u jżomm reġistru li jkun fih il-kodiċijiet ta' identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, tal-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, tal-magni u tal-istabbilimenti msemmijin hawn fuq. Jenħtieġ li, permezz tar-router, tintbagħat kopja aġġornata ta’ dawn ir-reġistri, flimkien mal-informazzjoni li tikkorrispondi magħhom, b’mod elettroniku lir-repożitorju sekondarju u li din tinġabar f’reġistru għall-UE kollha.”, |
aqra:
“(22) |
Għall-għanijiet tal-investigazzjoni u tal-infurzar, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jkollhom aċċess għal reġistru tal-operaturi ekonomiċi kollha u tal-operaturi kollha tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, kif ukoll tal-faċilitajiet u tal-magni li huma jużaw biex jimmanifatturaw il-prodotti tagħhom u biex jaħżnuhom u jipproċessawhom. Għalhekk, jenħtieġ li kull emittent tal-identifikazzjoni jistabbilixxi u jżomm reġistru li jkun fih il-kodiċijiet ta' identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, tal-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, tal-magni u tal-faċilitajiet imsemmijin hawn fuq. Jenħtieġ li, permezz tar-router, tintbagħat kopja aġġornata ta’ dawn ir-reġistri, flimkien mal-informazzjoni li tikkorrispondi magħhom, b’mod elettroniku lir-repożitorju sekondarju u li din tinġabar f’reġistru għall-UE kollha.”. |
Fil-paġna 14, fl-Artikolu 8(1), il-punt (c)(ii),
minflok:
“(ii) |
l-istabbiliment tal-manifattura msemmi fl-Artikolu 16;”, |
aqra:
“(ii) |
il-faċilità tal-manifattura msemmi fl-Artikolu 16;”. |
Fil-paġna 16, fl-Artikolu 11(1), il-punt (c),
minflok:
“(c) |
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment (kif stabbilit fl-Artikolu 16) tal-istabbiliment li fih seħħ il-proċess tal-aggregazzjoni;”, |
aqra:
“(c) |
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità (kif stabbilit fl-Artikolu 16) li fiha seħħ il-proċess tal-aggregazzjoni;”. |
Fil-paġna 17, fil-Kapitolu III, it-titolu,
minflok:
“
IL-KODIĊIJIET TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI, TAL-ISTABBILIMENTI U TAL-MAGNI
”,
aqra:
“
IL-KODIĊIJIET TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI, TAL-FAĊILITAJIET U TAL-MAGNI
”.
Fil-paġna 17, fl-Artikolu 15(4), it-tielet sentenza,
minflok:
“Id-diżattivazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku għandha twassal għad-diżattivazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbilimenti u tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni marbutin miegħu.”,
aqra:
“Id-diżattivazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku għandha twassal għad-diżattivazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-faċilitajiet u tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni marbutin miegħu.”.
Fil-paġna 18, l-Artikolu 16(4),
minflok:
“4. Fil-każ tal-istabbilimenti tal-manifattura li jkunu jinsabu barra l-Unjoni, huwa obbligu tal-importatur stabbilit fl-Unjoni li japplika għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment għalihom. L-importatur għandu japplika għand wieħed mill-emittenti tal-identifikazzjoni li jkunu nħatru għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu huwa jqiegħed il-prodotti tiegħu. Ir-reġistrazzjoni min-naħa tal-importatur għandha ssir bil-kunsens tal-entità li tkun responsabbli għall-istabbiliment tal-manifattura li jkun jinsab fil-pajjiż terz. L-importatur għandu javża lill-operatur ekonomiku li jkun responsabbli għall-istabbiliment tal-manifattura li jkun jinsab fil-pajjiż terz bid-dettalji kollha tar-reġistrazzjoni, inkluż bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment allokat.”,
aqra:
“4. Fil-każ tal-faċilitajiet tal-manifattura li jkunu jinsabu barra l-Unjoni, huwa obbligu tal-importatur stabbilit fl-Unjoni li japplika għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità għalihom. L-importatur għandu japplika għand wieħed mill-emittenti tal-identifikazzjoni li jkunu nħatru għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu huwa jqiegħed il-prodotti tiegħu. Ir-reġistrazzjoni min-naħa tal-importatur għandha ssir bil-kunsens tal-entità li tkun responsabbli għall-faċilità tal-manifattura li tkun tinsab fil-pajjiż terz. L-importatur għandu javża lill-operatur ekonomiku li jkun responsabbli għall-faċilità tal-manifattura li tkun tinsab fil-pajjiż terz bid-dettalji kollha tar-reġistrazzjoni, inkluż bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità allokat.”.
Fil-paġna 18, fl-Artikolu 17, it-titolu,
minflok:
“
Ħruġ tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbilimenti u reġistrazzjoni tagħhom
”,
aqra:
“
Ħruġ tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-faċilitajiet u reġistrazzjoni tagħhom
”.
Fil-paġna 25, fl-Artikolu 32(1), il-punti (c) u (d),
minflok:
“(c) |
id-dispaċċ tal-prodotti tat-tabakk minn stabbiliment; |
(d) |
il-wasla tal-prodotti tat-tabakk fi stabbiliment;”, |
aqra:
“(c) |
id-dispaċċ tal-prodotti tat-tabakk minn faċilità; |
(d) |
il-wasla tal-prodotti tat-tabakk f’faċilità;”. |
Fil-paġna 25, l-Artikolu 32(5),
minflok:
“5. Fil-każ tad-dispaċċ u tat-trasbord tal-pakketti individwali jew tal-imballaġġ aggregat tal-prodotti tat-tabakk li b’kollox ikunu jiżnu inqas minn 10 kilogrammi maħsubin għal barra l-Unjoni, l-Istat Membru fejn ikun jinsab l-istabbiliment minn fejn qed isir id-dispaċċ jista’ jippermetti li l-obbligu tar-reġistrazzjoni msemmi fil-paragrafu 1(c) sa (e) jintlaħaq billi jingħata aċċess għar-reġistri tas-sistema ta’ traċċar u ta’ rintraċċar tal-operatur loġistiku jew postali stess.”,
aqra:
“5. Fil-każ tad-dispaċċ u tat-trasbord tal-pakketti individwali jew tal-imballaġġ aggregat tal-prodotti tat-tabakk li b’kollox ikunu jiżnu inqas minn 10 kilogrammi maħsubin għal barra l-Unjoni, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-faċilità minn fejn qed isir id-dispaċċ jista’ jippermetti li l-obbligu tar-reġistrazzjoni msemmi fil-paragrafu 1(c) sa (e) jintlaħaq billi jingħata aċċess għar-reġistri tas-sistema ta’ traċċar u ta’ rintraċċar tal-operatur loġistiku jew postali stess.”.
Fil-paġna 26, l-Artikolu 34(3),
minflok:
“3. L-operaturi ekonomiċi għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar id-dispaċċ tal-prodotti tat-tabakk minn stabbiliment u dwar it-trasbord imsemmija fl-Artikolu 32(1)(c) u (e) fi żmien 24 siegħa qabel ma jseħħ l-avveniment.”,
aqra:
“3. L-operaturi ekonomiċi għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar id-dispaċċ tal-prodotti tat-tabakk minn faċilità u dwar it-trasbord imsemmija fl-Artikolu 32(1)(c) u (e) fi żmien 24 siegħa qabel ma jseħħ l-avveniment.”.
Fil-paġna 33, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, it-titolu,
minflok:
“
Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, tal-istabbilimenti u tal-magni
”,
aqra:
“
Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, tal-faċilitajiet u tal-magni
”.
Fil-paġna 37, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.4, fit-tielet kolonna, il-ħames ringiela,
minflok:
“Il-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment”,
aqra:
“Il-pajjiż fejn tinsab il-faċilità”.
Fil-paġna 37, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.4, fit-tielet kolonna, is-sitt ringiela,
minflok:
“It-tip ta’ stabbiliment”,
aqra:
“It-tip ta’ faċilità”.
Fil-paġna 37, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.4, fit-tielet kolonna, is-seba’ ringiela,
minflok:
“Id-deskrizzjoni ta’ stabbiliment ieħor”,
aqra:
“Id-deskrizzjoni ta’ faċilità oħra”.
Fil-paġna 37, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.4, fit-tielet kolonna, it-tmien ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk xi parti mill-istabbiliment tgawdix mill-istatus ta’ maħżen tat-taxxa (tas-sisa) jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk xi parti mill-faċilità tgawdix mill-istatus ta’ maħżen tat-taxxa (tas-sisa) jew le”.
Fil-paġna 37, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.4, fit-tielet kolonna, id-disa’ ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment għandux numru tas-sisa maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk il-faċilità għandhiex numru tas-sisa maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini jew le”.
Fil-paġna 37, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.4, fit-tielet kolonna, l-għaxar ringiela,
minflok:
“In-numru tas-sisa tal-istabbiliment maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini”,
aqra:
“In-numru tas-sisa tal-faċilità maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini”.
Fil-paġna 37, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.4, fit-tielet kolonna, il-ħdax-il ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment ikunx ingħata identifikatur mingħand emittent tal-identifikazzjoni ieħor jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk il-faċilità tkunx ingħatat identifikatur mingħand emittent tal-identifikazzjoni ieħor jew le”.
Fil-paġna 38, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, is-sitt ringiela,
minflok:
“Il-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment”,
aqra:
“Il-pajjiż fejn tinsab il-faċilità”.
Fil-paġna 38, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, is-seba’ ringiela,
minflok:
“It-tip ta’ stabbiliment”,
aqra:
“It-tip ta’ faċilità”.
Fil-paġna 38, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, it-tmien ringiela,
minflok:
“Id-deskrizzjoni ta’ stabbiliment ieħor”,
aqra:
“Id-deskrizzjoni ta’ faċilità oħra”.
Fil-paġna 38, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, id-disa’ ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk xi parti mill-istabbiliment tgawdix mill-istatus ta’ maħżen tat-taxxa (tas-sisa) jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk xi parti mill-faċilità tgawdix mill-istatus ta’ maħżen tat-taxxa (tas-sisa) jew le”.
Fil-paġna 38, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, l-għaxar ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment għandux numru tas-sisa maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk il-faċilità għandhiex numru tas-sisa maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini jew le”.
Fil-paġna 38, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, il-ħdax-il ringiela,
minflok:
“In-numru tas-sisa tal-istabbiliment maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini”,
aqra:
“In-numru tas-sisa tal-faċilità maħruġ mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-bini”.
Fil-paġna 39, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, l-ewwel ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment ikunx ingħata identifikatur mingħand emittent tal-identifikazzjoni ieħor jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk il-faċilità tkunx ingħatat identifikatur mingħand emittent tal-identifikazzjoni ieħor jew le”.
Fil-paġna 39, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fis-seba’ kolonna, l-ewwel ringiela,
minflok:
“0 – |
Le |
1 – |
Iva (dan jista’ jkun il-każ biss għall-istabbilimenti li jkunu jinsabu barra l-UE)”, |
aqra:
“0 – |
Le |
1 – |
Iva (dan jista’ jkun il-każ biss għall-faċilitajiet li jkunu jinsabu barra l-UE)”. |
Fil-paġna 39, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 1, fit-tabella 1.5, fit-tielet kolonna, it-tieni ringiela,
minflok:
“Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment allokati minn emittenti tal-identifikazzjoni oħrajn”,
aqra:
“Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-faċilità allokati minn emittenti tal-identifikazzjoni oħrajn”.
Fil-paġna 45, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.3, it-titolu,
minflok:
“
Id-dispaċċ tal-prodotti tat-tabakk minn stabbiliment
”,
aqra:
“
Id-dispaċċ tal-prodotti tat-tabakk minn faċilità
”.
Fil-paġna 45, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.3, fit-tielet kolonna, il-ħames ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni tat-tip ta’ destinazzjoni: jekk l-istabbiliment ta’ destinazzjoni jkunx jinsab fit-territorju tal-UE, jekk il-konsenja tkunx għal distributur awtomatiku jew jekk issirx b’vann għall-bejgħ tal-prodotti li jwassal il-prodotti lil diversi stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet li ma jkunux ġew stabbiliti qabel il-konsenja jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni tat-tip ta’ destinazzjoni: jekk il-faċilità ta’ destinazzjoni tkunx tinsab fit-territorju tal-UE, jekk il-konsenja tkunx għal distributur awtomatiku jew jekk issirx b’vann għall-bejgħ tal-prodotti li jwassal il-prodotti lil diversi stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet li ma jkunux ġew stabbiliti qabel il-konsenja jew le”.
Fil-paġna 45, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.3, fit-tielet kolonna, is-seba’ ringiela,
minflok:
“Il-kodiċi jew il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni – il-possibbiltà ta’ diversi distributuri awtomatiċi”,
aqra:
“Il-kodiċi jew il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-faċilità ta’ destinazzjoni – il-possibbiltà ta’ diversi distributuri awtomatiċi”.
Fil-paġna 45, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.3, fit-tielet kolonna, it-tmien ringiela,
minflok:
“Il-kodiċi jew il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni”,
aqra:
“Il-kodiċi jew il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-faċilità ta’ destinazzjoni”.
Fil-paġna 45, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.3, fit-tielet kolonna, l-għaxar ringiela,
minflok:
“Il-mezz tat-trasport li bih il-prodott joħroġ mill-istabbiliment – ara l-Lista tal-kodiċijiet nru 7 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009”,
aqra:
“Il-mezz tat-trasport li bih il-prodott joħroġ mill-faċilità – ara l-Lista tal-kodiċijiet nru 7 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009”.
Fil-paġna 46, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.3, fis-seba’ kolonna, l-ewwel ringiela,
minflok:
“Wieħed jista’ jwieġeb ‘n/a’ (‘mhux applikabbli’) jekk Transport_mode = 0 u jekk il-prodott jittieħed minn stabbiliment għall-ieħor bl-idejn u dawn l-istabbilimenti jkunu jinsabu ħdejn xulxin”,
aqra:
“Wieħed jista’ jwieġeb ‘n/a’ (‘mhux applikabbli’) jekk Transport_mode = 0 u jekk il-prodott jittieħed minn faċilità għall-oħra bl-idejn u dawn il-faċilitajiet ikunu jinsabu ħdejn xulxin”.
Fil-paġna 46, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.3, fit-tielet kolonna, fir-raba’ ringiela, l-ewwel sentenza,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk id-dispaċċ isirx mal-operatur loġistiku jew tal-posta li juża sistema ta’ traċċar u ta’ rintraċċar tiegħu stess li jkun aċċettaha l-Istat Membru tal-istabbiliment minn fejn qed isir id-dispaċċ.”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk id-dispaċċ isirx mal-operatur loġistiku jew tal-posta li juża sistema ta’ traċċar u ta’ rintraċċar tiegħu stess li jkun aċċettaha l-Istat Membru tal-faċilità minn fejn qed isir id-dispaċċ.”.
Fil-paġna 47, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.4, it-titolu,
minflok:
“
Il-wasla tal-prodotti tat-tabakk fi stabbiliment
”,
aqra:
“
Il-wasla tal-prodotti tat-tabakk f’faċilità
”.
Fil-paġna 48, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.5, fit-tielet kolonna, ir-raba’ ringiela,
minflok:
“Indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment ta’ destinazzjoni jkunx jinsab fit-territorju tal-UE jew le”,
aqra:
“Indikazzjoni dwar jekk il-faċilità ta’ destinazzjoni tkunx tinsab fit-territorju tal-UE jew le”.
Fil-paġna 49, fl-Anness II, fil-Kapitolu II, fit-Taqsima 3, fit-tabella 3.6, fit-tielet kolonna, it-tielet ringiela,
minflok:
“L-identifikatur tal-istabbiliment”,
aqra:
“L-identifikatur tal-faċilità”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/574/corrigendum/2025-04-02/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)